Ħarġa Mistħoqqa mal-klassi ta’ Berlin, il-Buskett

Nhar it-Tnejn 23 ta’ Ottubru, saret ħarġa b’mottiv speċjali, sabiex tkun premjata l-klassi kollha ta’ Berlin, għall-ħidma u l-imġiba tagħhom tul perjodu matul is-sena skolastika li għaddiet.

L-għalliema Reno Saliba, Rosabelle Muscat, Andrew Vella, flimkien mal-LSA Marica Murgo, għenu sabiex din il-ħarġa tkun suċċess.  Morna qrib il-kappella ta’ San Nikola u Santa Lucija, sawwasew wara l-Palazz Verdala.  Hemm kilna u xrobna xi ħaġa tajba flimkien, filwaqt li mxejna u apprezzajna l-beraħ tal-ambjent naturali.

L-istudenti ġabu rwieħhom b’mod eċċezzjonali u lkoll ħadna ħafna gost matul din il-ġurnata memorabbli.

Add Comment