Qari fi Ċrieki (Reading in Circles)

Din l-attivita tikkonsisti f’ li l-istudenti jingħataw kapitli differenti fi gruppi differenti biex jinqraw fi ċrieki. Huma jingħataw ħendawt fejn min iniżżel il-punti saljenti, min iniżżel kummenti dwar karattri fil-kapitlu, min ipinġi xena mill-kapitlu u ħaddieħor iniżżel xi tagħlima li ħa jew ħadet. Wara xi ħaddieħor mill-grupp jippreżenta quddiem il-klassi, taqsira tal-kapitlu. B’hekk jintlaħqu bosta ħiliet filwaqt li f’lezzjoni waħda jinqraw aktar minn kapitlu wieħed. Il-ħiliet miksuba huma: qari, smigħ, kitba u taħdit. L-istudenti jitgħallmu jagħmlu taqsira tal-kapitlu bl-għażla tal-punti saljenti.

[supsystic-gallery id=9]